Qed ikun imbassar li llum se jitħabbar uffiċjalment li Giampiero Ventura se jkun maħtur kowċ tat-tim nazzjonali Taljan wara l-Euro 2016. Hu se jieħu post Conte li sejjer ma’ Chelsea. Flimkien ma’ Ventura kien qed jissemma anki Marcello Lippi fil-kariga ta’ Direttur Tekniku, biss fl-aħħar sigħat inqalgħu xi intoppi minħabba kwsitjoni ta’ kunflitt ta’ interess minħabba li ibnu Davide hu agent tal-plejers.
Matthew Scerri