20 miljun Ewro f’pagi kull xahar għal Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Tuttosport ikkalkulat li Juventus jonfqu ftit iktar minn 20 miljun Ewro fix-xahar f’pagi tal-plejers. Komplessivament in-nefqa totali ta’ Juventus f’termini ta’ pagi hi ta’ 250 miljun Ewro. Bħalissa l-Lega Calcio qed tħejji proposta lill-AIC biex tinqata’ parti mill-paga tal-plejers minħabba li l-logħob jinsab wieqaf. Ir-rapporti huma li l-proposta tista’ tkun marbuta ma’ waħda minn dawn it-tliet soluzzjonijiet: (i) il-plejers jitħallsu sa Marzu u wara ma jiħdux iktar il-paga sakemm jerġa’ jibda l-futbol; (ii) minn Marzu sa Ġunju l-plejers ma jingħatawx xahar paga jekk il-kampjonat ikomppli jew xahrejn paga neqsin jekk il-kampjonat jiġi annullat; jew (iii) il-qtugħ ta’ xahar u nofs paga, jiġri x’jiġri.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *