25 miljun Ewro aktar fis-sena mingħand Jeep!

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus FC ħabbru li grazzi għar-riżultati sportivi miksub mit-tim fl-aħħar snin, kif ukoll b’rabta mat-tkabbir tal-brand Juventus fuq skala internazzjonali, intlaħaq ftehim ma’ FCA sabiex l-isponsorship fl-istaġuni 2019/20 u 2020/21 jiżdied b’25 miljun fis-sena. Għaldaqstant f’dawn is-sentejn imsemmija, FCA se jkunu qed iħallsu 42 miljun Ewro fis-sena sabiex il-kitba Jeep tidher fuq il-flokk li bih jilagħbu Juventus fil-kompetizzjonijiet lokali u internazzjonali. Juventus u FCA se jkunu anki qegħdin jibdew taħdidiet sabiex jiġġedded il-ftehim ta’ sponsorship hekk kif il-kuntratt attwali jasal fi tmiemu fit-30 ta’ Ġunju 2021.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *