2 ta’ Marzu 1947: Id-debutt ta’ Giampiero Boniperti ma’ Juventus

Pierre Bonavia News 1 Comment

Illum qed infakkru anniversarju importanti ħafna. Proprju bħal-lum tnejn u sebgħin sena ilu (2 ta’ Marzu 1947) għamel id-debutt bil-flokk glorjuż Juventin Giampiero Boniperti.

Inutli ngħidu min hu dan ir-raġel. Plejer leġġendarju, President rebbieħ f’kull grawnd, u emblema ta’ “StileJuve” fid-dinja. Mhux ta’ b’xejn li 

Vincere non e’ importante, E’ l’unica cosa che conta!

ħarġet minn fomm dan ir-raġel imwieled l-4 ta’ Lulju 1928 u li fis-Serie A lagħab 443 logħba bil-flokk abjad u iswed. Rekord li għal tul ta’ żmien twil (qabel l-avvent ta’ leġġenda oħra Alessandro Del Piero) kien ifisser bħala l-aktar plejer preżenti fl-istorja ċentenarja tal-club.

Record ta’ Giampiero Boniperti

Serie A    443 logħba – 178 gowls

Coppa Italia 13 – 1 gowl

Champions Cup  3 – 0 gowls

Totali : 459 logħba / 179 gowls – Rebaħ 5 Scudetti u 2 Coppa Italia

Giampiero Boniperti: Born black and white.

Giampiero Boniperti made his first Juventus appearance #OnThisDay 70 years ago. From then? Una storia di un grande amore.

Posted by Juventus on Thursday, March 2, 2017

Serie A 1946-1947 – Tielet logħba tat-tieni rawnd
Torino – Stadio Comunale
Il-Ħadd 2 ta’ Marzu 1947 ħin 3.00pm

JUVENTUS-MILAN 1-2
Skurjaw : Annovazzi 44 (M), Puricelli 51 (M), Sentimenti V. penalty 82 (J)

JUVENTUS: Sentimenti L., Vicich, Varglien G., Depetrini, Parola, Magni, Sentimenti V., Piola, Boniperti G., Vycpalek, Korostelev – Kowċ : Reanato Cesarini

MILAN: Rossetti, Cerri, Clocchiatti, Bonomi, Toppan, Tognon, Gimona, Annovazzi, Puricelli, Tosolini, Carapellese – Kowċ : Bigogno

Referee : Gemini

Pierre Bonavia 

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Comments 1

  1. Ikona, Leġġenda, Monument haj – tliet attribwiti lejn dan il-kbir Player, Diriġent u Amministatur Juventin li silet il-hajja ta’ Juventus tul il-milja tas-snin. Kien unur u sodisfazzjon personali li Giampiro Boniperti laqani fl-ufficju tieghu ftit ilu li matul siegha u nofs nitkellem mieghu rajt f’wiccu ippersonifikat dak kollu li l-Juventus taw lill-football Taljan u Mondjali. Ahna l-juventini ta’ dawn il-gzejjer kellna x-xorti u l-unur li nilqu
    guh fil-club taghna meta konna ghadna l-Belt.
    Min bhali kellu x-xorti li jiltaqgha mieghu, zgur li jghozz dawk il-mumenti sbieh u indimentikabbli kemm tal-genjalita’ kif wkoll tss-ignorilita’ tipika juventina.
    Grazzi Presidente u ad multos annos.

Leave a Reply

Your e-mail address will not be published. Required fields are marked *