Giampiero Ventura sejjaħ l-iskwadra għall-ewwel żewġ partiti tat-tim nazzjonali Taljan taħt it-tmexxija tiegħu: partita ta’ ħbiberija kontra Franza fl-1 ta’ Settembru u l-konfront kontra Iżrael fil-5 ta’ settembru li se jkun l-ewwel impenn fil-grupp ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2018.
Fil-lista hemm 5 plejers biss ta’ Juventus: Buffon, Bonucci, Barzagli, Chiellini u Rugani. Interessanti li Barzagli bidel fehmtu wara li kien ħabbar li se jirtira mit-tim nazzjonali wara l-Euro2016.
Il-lista sħiħa ta’ plejers mgħajta hi magħmula mill-plejers li ġejjin:
Gowlkipers: Gianluigi Buffon (Juventus), Gianluigi Donnarumma (Milan), Federico Marchetti (Lazio);
Difensuri: Luca Antonelli (Milan), Davide Astori (Fiorentina), Andrea Barzagli (Juventus), Leonardo Bonucci (Juventus), Giorgio Chiellini (Juventus), Mattia De Sciglio (Milan), Angelo Obinze Ogbonna (West Ham), Alessio Romagnoli (Milan), Daniele Rugani (Juventus);
Plejers ta’ nofs il-grawnd: Federico Bernardeschi (Fiorentina), Giacomo Bonaventura (Milan), Antonio Candreva (Inter), Daniele De Rossi (Roma), Alessandro Florenzi (Roma), Riccardo Montolivo (Milan), Marco Parolo (Lazio), Marco Verratti (Paris Saint Germain);
Attakkanti: Andrea Belotti (Torino), Eder Citadin Martins (Inter), Manolo Gabbiadini (Napoli), Ciro Immobile (Lazio), Leonardo Pavoletti (Genoa), Graziano Pellè (Shandong Luneng).
Matthew Scerri