Ritratti ta’ xogħlijiet li qed isiru fil-premises tal-Club tagħna

MatthewJuve Leave a Comment

Għeżież Membri u Supporters Juventini,

Bi pjaċir qed naqsam magħkom ġabra ta’ ritratti ta’ xogħol ta’ tisbiħ li qed isir fil-premises tal-Club tagħna f’dawn il-ġimgħat fejn ninsabu magħluqin minħabba l-Covid-19. Qed insebbħu s-segretarjat u anki l-bar area, kif tistgħu taraw f’dawn ir-ritratti. In-nefqa għal dax-xogħol qed jiswina ħafna flus. Kif kulħadd jaf dawn huma żminijiet diffiċli għall-ekonomija tad-dinja kollha. Kburi li, grazzi għat-tmexxija għaqlija tal-Club tagħna fl-aħħar snin ta’ Presidenza tiegħi, aħna għad għandna s-saħħa li nagħmlu investimenti kbar biex inkomplu nsebbħu lill-premises tagħna li nittamaw li intom ma ddumux ma tkunu tistgħu tgawdu mill-ġdid. Grazzi mill-qalb ukoll lill-isponsors tagħna li dejjem kienu ġenerużi magħna. Naħseb li tifhmu wkoll li dawn ix-xhur id-dħul tal-Club waqaf għal kollox peress li ninsabu weqfin u ma nistgħux noperaw. Żgur li mingħajr it-tmexxija għaqlija tal-Club tagħna u l-ġenerożità tal-isponsors il-Club ma kienx se jkun jista’ jagħmel l-investimenti li qed taraw xhieda tagħhom f’dar-ritratti. Nieħu din l-opportunità biex nappellalkom tibqgħu ssegwuna b’imħabba kif dejjem għamiltu. Kif qed taraw il-Club tagħna hu mmexxi minn Kumitat ħabrieki, professjonali u li qed juri bil-fatti l-għaqal kollu tiegħu.

Inselli għalikom,

Joseph Fenech
President

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *