Agnelli: “L-għaqda fil-grupp tagħmel id-differenza”

MatthewJuve News Leave a Comment

Agnelli u Marotta kienu l-mistednin speċjali tal-Associazione parlamentare ‘Giovanni Agnelli’ Juventus Club f’laqgħa li nżammet fis-Sala della Regina tal-Kamra tad-Deputati. Andrea Agnelli, f’intervent tal-okkażjoni, sostna li l-uniku objettiv ta’ Juventus hu dak li jitkompla ċ-ċiklu ta’ rebħa. Kliem, li hu qal, mhumiex ġejjin mill-arroganza, imma mill-ambizzjoni li Juventus għandhom. Skontu l-għaqda fi ħdan it-tim tagħmel dejjem id-differenza. Agnelli faħħar anki x-xogħol kbir li wettqu Nedved, Marotta u Paratici fl-aħħar snin. Fi kliemu r-riżultati jaslu grazzi għall-ideat ta’ nies hekk.

Min-naħa tiegħu Marotta kien rappurtat li qal: “Il-plejers jitilqu, imma Juventus jibqgħu. L-objettiv tagħna hu li nirbħu.”

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *