Aħbarijiet tal-Calciomercato (10 ta’ Jannar)

MatthewJuve News Leave a Comment

Toronto jridu lil Giovinco
Sportmediaset qed jirrapurtaw li anki l-klabb ta’ Toronto jinsab interessat f’Giovino. Huma qed joffrulu kuntratt ta’ sentejn b’paga ta’ 3.5 miljun Ewro fis-sena. Tajjeb infakkru li hemm xnigħat li Giovinco qed ikollu kuntatti anki ma’ Monaco.

Min imissu
Wara li falla l-akkwist ta’ Sneijder, milli jidher Juventus bdew ifittxu xi plejers oħra li jilagħbu fl-istess pożizzjoni. L-ismijiet li qed isiru huma dawk ta’ Januzaj (Manchester United) u Praet (Anderlecht).

Rolando. Sitwazzjoni kumplikata ferm
Porto ma jridux jafu li jisilfu lil Rolando. Huma għarrfuh li jekk mhux se jiffirma kuntratt ġdid magħhom sal-2017, mhux se jħalluh jingħaqad b’self ma’ Juventus. Rolando, min-naħa tiegħu, ma jridx iġedded il-kuntratt ma’ Porto. Intant Marotta beda jfittex xi alternattivi oħra: Schar, Chiriches u Savic.

Necid offrut lil Juventus
Allegatament l-aġent Mino Raiola offrew lil Juventus lill-attakkant ta’ Zwolle, Tomas Necid. Hu ġgant b’teknika limitata, imma b’saħħa fiżikament mill-aqwa u daqqa ta’ ras tassew tajba. Juventus għalissa għadhom ma ddeċidewx jekk imorrux għalih.

Fiorentina ħadu lil Diamanti
Fiorentina uffiċjalment ħadu lil Alessandro Diamanti. Ilbieraħ sarlu l-medical test u llum ttrenja magħhom.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *