Aħbarijiet tal-Calciomercato (17 ta’ Ġunju 2015)

MatthewJuve News Leave a Comment

Isla ma’ Fiorentina
Juventus x’aktarx sabu tim għal Mauricio Isla. Fiorentina, fil-fatt, iriduh b’saħħa. Juventus m’għandhom l-ebda objezzjoni li jagħtuhulhom.

Erbgħa jridu lil Storari
Tliet timijiet tas-Serie A u wieħed tas-Serie B iridu jiksbu s-servizzi ta’ Marco Storari. It-timijiet huma: Bologna, Fiorentina, Frosinone u Cagliari.

Falcao b’self ma’ Chelsea

Il-media Ingliża qed tirraporta li hemm ftehim bejn Monaco u Chelsea dwar is-self ta’ Radamel Falcao. Il-Kolombjan x’aktarx se jkun qed jilgħab b’self ma’ Chelsea fl-istaġun li jmiss.

Negozjati ma’ Atalanta
Marotta se jkollu laqgħat ma’ Atalanta peress li għad irid jinstab ftehim dwar Richmond Boakye. F’dawn it-taħdidiet hemm possibbiltà kbira li Atalanta jitolbu lil Fausto Rossi b’self mingħand Juventus.

Salah u Jovetic l-alternattivi għal Mandzukic
F’każ li jitlaq Carlos Tevez, Juventus se jkollhom bżonn attakkant ta’ klassi. Qed jissemma ħafna Mandzukic. Fl-aħħar sigħat saru anki l-ismijiet ta’ Salah (Fiorentina) u Jovetic (Manchester City).

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *