Aħbarijiet tal-Calciomercato (18 ta’ Jannar)

MatthewJuve News Leave a Comment

Sturaro. Il-punt s’issa
Il-President ta’ Genoa m’għandux oġġezzjoni li Juventus jieħdu lil Sturaro f’Jannar. Madankollu hu talab ftit jiem sakemm jirranġa xi affarijiet u wara Sturaro jkun jista’ jissieħeb ma’ Juventus. Allegatament il-kowċ ta’ Genoa, Gasperini hu kontra dan it-trasferiment peress li għandu lil Tino Costa barra b’injury. Illum stess Preziosi għandu jkellem lil Gasperini. Huma mistennija żviluppi fis-sigħat li ġejjin.

Sneijder diffiċli
Tkellem l-aġent ta’ Wesley Sneijder li kkonferma li Juventus ressqu offerta għal Sneijder. Madankollu hu qal li hu diffiċli ferm li Sneijder jingħaqad ma’ Juventus hekk kif Galatasaray ma jridux ibigħuh.

Zaza jew Luiz Adriano għas-sajf
Skont ‘Tuttosport’ Juventus għas-sajf iridu attakkant. Huma se jixtru lil xi ħadd minn fost Simone Zaza (Sassuolo) u Luiz Adriano (Shakhtar Donetsk). Fuq dan tal-aħħar hemm anki interess qawwi min-naħa ta’ Roma.

Offerta kbira għal Pogba
Skont ‘Daily Star’, Manchester United lesti joffru 75 miljun Sterlina sabiex jiksbu lil Paul Pogba. Din hi somma kbira ħafna li Juventus jistgħu jieħdu inkonsiderazzjoni.

Jovetic mhux għall-bejgħ
Manchester City ma jridux jafu li jbigħu lil Stevan Jovetic. Milli jidher hu l-kowċ Pellegrini li assolutament ma jridx jitlef lil Jovetic.

Juve-PSG għal Januzaj
L-Ungeriż Januzaj jinsab determinat li jitlaq lil Manchester United peress li mhux qed jingħata ċans jilgħab. Fuqu hem Juventus u PSG. Il-Bianconeri huma l-favoriti li jieħduh peress li huma magħrufa li jagħtu spazju fit-tim tagħhom lit-talenti żgħażagħ.

Irridu lil Siqueira
Juventus tefgħu għajnejhom fuq il-full-back ta’ Atletico Madrid, Guillherme Siqueira. Allegatament, però, Siqueira jinsab qrib ħafna li jingħaqad ma’ Milan.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *