Aħbarijiet tal-Calciomercato (2 ta’ Jannar 2015)

MatthewJuve Uncategorised Leave a Comment

Marotta b’offerta ġdida għal Shaqiri
Minħabba l-konkorrenza ta’ Inter, Marotta kellu jibdel l-offerta tiegħu għal Shaqiri. Hu qed joffru 3 miljuni għas-self tiegħu sa Ġunju. Wara jrid l-obbligu li jixtrih għal kollox. Dan l-obbligu jidħol fis-seħħ biss jekk Juventus jirbħu l-iscudetto u fl-istess ħin jaslu sal-Kwarti Finali taċ-Champions League.

Sneijder lest jgħid ‘iva’ lil Juventus
Wesley Sneijder lest jiġi ma’ Juventus. Hu ma tantx jinsab għal qalbu ma’ Galatasaray peress li dawn għandhom problemi finanzjarji. L-unika problema li Juventus qed jaraw s’issa hi li Sneijder ma jkunx jisa’ jilgħab fiċ-Champions League din is-sena.

Lesta offerta għal Danilo
Skont ‘Tuttosport’ Juventus se jressqu offerta ta’ 7 jew 8 miljun Ewro għal Danilo ta’ Sporting Braga. Juventus lesti jinvestu somma bħal din sabiex jiksbu s-servizzi ta’ dan il-Brażiljan li kapaċi jilgħab bħala difensur u anki f’nofs il-grawnd.

Dani Alves hu free-agent
Dani Alves ikkonferma llum li Barcellona għadhom ma offrewlux kuntratt ġdid. Dan ifisser li hu free-agent u jista’ jitkellem ma’ min irid dwar il-kuntratt tiegħu.

Irridu lil Rekik
Talent ieħor żagħżugħ segwit minn Juventus. Il-plejer inkwistjoni hu Karim Rekik. L-Olandiż jinsab ma’ PSV b’self mingħand Manchester City.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *