Aħbarijiet tal-Calciomercato (22 ta’ Diċembru 2014)

MatthewJuve News Leave a Comment

Irridu lil Ronaldo
Ronaldo fil-mira ta’ Juventus. Iva qrajtu sewwa, irridu lil Ronaldo. Però mhuwiex Cristiano Ronaldo ta’ Real Madrid. Il-plejer inkwistjoni hu Ronaldo Pompeu da Silva, midfielder Brażiljan ta’ Pro Vercelli. Is-sidien proprji tiegħu huma Empoli. Skont ‘Tuttomercatoweb’ Juventus ilhom isegwuh u issa ddeċidew li jressqu offerta għalih.

Neto ma’ Roma minn Jannar?
Fil-ħarġa tal-lum ta’ “La Gazzetta dello Sport” naqraw li l-gowlkiper ta’ Fiorentina, Neto jinsab pass ‘il bogħod milli jsir plejer ta’ Roma. It-tim tal-kapitali qed joffri somma għalih f’Jannar. Juventus, mill-banda l-oħra, kienu qed jittamaw li jasal Ġunju u jieħduh b’xejn hekk kif jintemmlu l-kuntratt.

De Jong futur ‘il bogħod minn Milan
Milan jidhru li m’għandhom jemmnu wisq f’Nigel De Jong. L-Olandiż, li Allegri tant japprezza, għandu kuntratt mar-Rossoneri li jintemm fis-sajf li ġej. Skont ‘Tuttosport’ hu diffiċli ferm li hu jiffirma kuntratt ġdid ma’ Milan hekk kif Galliani offrilu kuntratt ta’ sentejn b’paga ta’ 2 miljuni fis-sena, filwaqt li hu qed jitlob kuntratt ta’ 3 snin b’paga ta’ 3 miljuni. Schalke 04 u Juventus lesti jagħmlu minn kollox sabiex jissodisfaw it-talbiet tiegħu.

Erba’ Taljani jridu lil Podolski
Roma, Juventus, Inter u Napoli jridu lil Lukas Podolski ta’ Arsenal. L-attakkant lest jitlaq lil Arsenal peress li m’għandux post garantit mal-ewwel ħdax tal-Gunners. It-timijiet Taljani se jippruvaw jiftħu negozjati għalih f’Jannar.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *