Aħbarijiet tal-Calciomercato (24 ta’ Ġunju 2015)

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-prezz ta’ Cavani
Napoli qed jitolbu 60 miljun Ewro għal Gonzalo Higuain u mhux se jinżlu minn dan il-prezz. F’dan l-istadju hu probabbli li t-timijiet Ingliżi biss jaffordjawh.

Mauri lejn Milan
Il-preferenza ta’ José Mauri għall-futur tiegħu hi Milan. Hu jaf li mar-Rossoneri se jkollu post kważi garantit mal-ewwel ħdax ta’ Mihajlovic.

Chievo jridu lil Bouy
Chievo Verona qed jippruvaw jikkonvinċu lil Juventus jisilfulhom lil Ouasim Bouy. L-Olandiż se jerġa’ jkun misluf lil xi tim. Preferibbilment però Juventus jixtiequ jisilfuh fl-Ewropa fit-tama li jsibu l-bejgħ tiegħu maż-żmien.

Futur fl-Ingilterra għal Ogbonna
Angelo Ogbonna se jsellem lil Juventus din is-sena. Il-futur tiegħu se jkun fil-Premier League Ingliża. Bħalissa hemm iriduh Aston Villa, Southampton u Everton.

Fausto Rossi fil-mira ta’ Sampdoria
Wara Atalanta, anki Sampdoria jixtiequ jġibu lura fl-Italja lil Fausto Rossi. Juventus jippreferu jbigħuh għal kollox biex hekk idaħħlu somma flus tiegħu.

Mill-ġdid Astori
Davide Astori qed jerġa’ jissemma ma’ Juventus. Roma x’aktarx mhux se jixtruh għal kollox mingħand Cagliari. Fuqu, apparti Juventus, hemm anki Schalke 04 u Sunderland.

Tlieta minn tagħna ma’ Cesena
Cesena qed jippruvaw jiksbu b’self mingħand Juventus lil Alberto Brignoli, Andrea Schiavone u Lorenzo Rosseti.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *