Aħbarijiet tal-Calciomercato (3 ta’ Jannar 2015)

MatthewJuve News Leave a Comment

Uffiċjali: Libertazzi misluf lil Pontedera
Alberto Libertazzi, li jinsab f’komproprjetà bejn Juventus u Novara, ġie misluf lil Pontedera sa tmiem l-istaġun.

Rolando qrib ħafna
Il-gazzetta ‘La Stampa’ tagħti l-aħbar li nhar it-Tlieta Rolando se jkun Turin sabiex jassisti għal Juventus-Inter. Porto fehmu li Rolando jrid biss jingħaqad ma’ Juventus u allura se jaċċettaw l-offerta Bianconera: 500,000 għas-self sa Ġunju, bid-dritt li jixtruh għal kollox għas-somma ta’ 4 miljuni.

Irridu lil Kranevitter
Il-website ‘La Gaceta’ tirraporta li Juventus tefgħu għajnejhom fuq it-talent ta’ River Plate, Matias Kranevitter. Hu midfielder difensiv li qed jiġi segwit anki minn Chelsea, Napoli, Real Madrid u Valencia.

Mill-ġdid Lamela
Fil-pożizzjoni ta’ trekwartista qed jerġa’ jissemma anki Erik Lamela ta’ Tottenham. Il-prezz tiegħu għola din is-sena hekk kif qed ikollu wirjiet tajba ferm ma’ Tottenham.

Interess ħaj iktar minn qatt qabel f’Verratti
Minn Franza tasal l-aħbar li Juventus għadhom iridu b’saħħa lil Marco Verratti. Huma se jippruvaw jieħduh f’Ġunju. Huma jridu però jegħlbu l-konkorrenza qawwija ta’ Bayern Munich u Real Madrid.

Jitkellem l-aġent ta’ Masuaku
L-aġent ta’ Masuaku ddikjara li, minkejja l-interess ta’ diversi klabbs importanti, il-Franċiż se jibqa’ ma’ Olympiakos minn tal-inqas għal sena u nofs oħra.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *