Aħbarijiet tal-Calciomercato (30 ta’ Diċembru 2014)

MatthewJuve Uncategorised Leave a Comment

Rolando jrid biss lil Juventus
Minn ‘Tuttosport’ naqraw li Rolando ma jridx jaf bl-ebda tim ieħor għajr Juventus. Allegatament Porto kienu lesti jilqgħu l-offerta ta’ Zenit, biss Rolando rrifjuta peress li hu jixtieq jirritorna fl-Italja. Hi l-mara tiegħu li l-iktar qed tagħmel pressjoni sabiex imorru jgħixu l-Italja.

Il-prezz ta’ Chiriches
Nafu li Juventus iridu anki lil Vlad Chiriches. ‘Tuttosport’ tat l-aħbar li Tottenham iridu 6 miljuni għalih.

Jitkellem Vazquez
Ilbieraħ issemma Vazquez ta’ Palermo ma’ Juventus. Mistoqsi jagħti kumment dwar dan, Vazquez stqarr li hu bħalissa moħħu biss f’Palermo. Hu ammetta li, bħal kull plejer ieħor, għandu l-ambizzjoni li jilgħab f’klabbs ikbar, imma għalissa jinsab kkunċentrat fuq l-istaġun ma’ Palermo.

Leeds iridu lil Luca Marrone
Il-klabb ta’ Leeds jinsab interessat li jikseb is-servizzi ta’ Luca Marrone.  L-esperti jsostnu li mhux se jkun faċli għalihom li jieħdu lil Marrone peress li Allegri jemmen ħafna fih.

De Ceglie fil-mira ta’ Milan
Ir-Rossoneri qed jippruvaw isaħħu lit-tim tagħhom u jeħtieġ full-back mal-linja xellugija. Huma qed jinnegozjaw lil Antonelli ta’ Genoa. Fl-istess ħin però qed iżommu lil De Ceglie bħala l-alternattiva f’każ li jonqsu milli jiffirmaw lil Antonelli.

Interessati f’gowlkiper
Il-gazzetta “The Sun” tirraporta li Juventus u Roma huma t-tnejn interessati f’Asmir Begovic ta’ Stoke City. Hu se jkun free agent dalwaqt hekk kif il-kuntratt tiegħu jintemmlu f’Ġunju 2015.

Mill-ġdid Vrsaljko
Peress li l-akkwist ta’ Montoya jidher li se jkun kemxejn diffiċli, Juventus reġgħu bdew iħabbtu l-bibien ta’ Sassuolo għal Vrsaljko. S’issa sassuolo għadhom ma jridux iċedu u jinsabu determinati li jżommu lil Vrsaljko sa tmiem l-istaġun.

Għalfejn tlaqna lil Gabbiadini?
‘La Stampa’ tanalizza l-bejgħ ta’ Manolo Gabbiadini min-naħa ta’ Juventus. Din il-gazzetta tikteb li Juventus bigħuh peress li jemmnu iktar f’Zaza, Berardi u Coman. Il-Bianconeri kien se jkollhom wisq attakkanti u allura ppreferew ibigħuh u jdaħħlu 7 miljuni.

Giovinco se jibqa’ fejn hu
L-aġent D’Amico reġa’ tenna li hu ma jaf xejn dwar interessament f’Giovinco minn klabbs oħra. S’issa hu qatt ma kellu kuntatti ma’ ħadd minkejja dak li jinkiteb fil-gazzetti. D’Amico tenna wkoll li Giovinco se jibqa’ ma’ Juventus sa Ġunju.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *