Aħbarijiet tal-Calciomercato (4 ta’ Jannar 2015)

MatthewJuve News Leave a Comment

Neto se jitlaq lil Fiorentina
Permezz ta’ stqarrija uffiċjali, Fiorentina ħabbru li l-aġenti ta’ Neto infurmawhom li l-gowlkiper ma jridx jaf li jiffirma kuntratt ġdid magħhom. Neto se jitlaq lil Fiorentina fi-sajf wara li jintemmlu l-kuntratt tiegħu. Juventus, Roma u Inter iriduh, għalkemm tajjeb ngħidu li Inter u Roma qed jiggarantulu post mal-ewwel ħdax, filwaqt ma’ Juventus se jkun biss riserva.

Offrejna 2 miljuni għal Sneijder
Juventus wasslu offerta ta’ 2 miljun Ewro lil Galatasaray għal Wesley Sneijder. It-Torok qed jitolbu 7 jew 8 miljuni. In-negozjati se jkomplu fil-jiem li ġejjin.

Coman ma’ Bologna
Wara li Sebastian Giovinco rrifjuta l-offerta ta’ Bologna, jidher li hemm ċans tajjeb li Kingsley Coman imur b’self ma’ Bologna minfloku.

Offerta baxxa għal Lavezzi
Juventus talbu lil Lavezzi b’self bid-dritt li jkunu jistgħu jixtruh fis-sajf għal 10 miljun Ewro. Din l-offerta ma għoġbitx lil PSG li qed jikkunsidrawha baxxa wisq.

Shaqiri daqshekk?
Milli jidher Juventus m’għadhom interessati wisq f’Xherdan Shaqiri. Hu qed jiġi nnegozjat minn Inter u Liverpool. Għalissa Juventus waqfu jippruvaw jixtruh peress li tefgħu ħarsithom fuq Sneijder.

Montoya. Messaġġ minn Luis Enrique
Il-kowċ ta’ Barcellona, Luis Enrique ddikjara li min irid lil Martin Montoya jista’ jieħdu billi jħallas il-penali ta’ 20 miljuni Ewro sabiex jinħall mill-kuntratt. Luis Enriwue u Montoya letteralment ma jinġibux u

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *