Aħbarijiet tal-Calciomercato (6 ta’ Jannar)

MatthewJuve Uncategorised Leave a Comment

Souici, il-Pogba l-ġdid
Juventus, flimkien ma’ Chelsea, Arsenal u Manchester City, tefgħu għajnejhom fuq Rayan Souici ta’ Saint Etienne. F’pajjiżu huma konvinti ferm mill-kwalitajiet tiegħu u allura Juventus lesti jinvestu fl-akkwist tiegħu bit-tama li jisplodi magħhom bħalma għamel Pogba.

Cagliari jgħollu l-prezz ta’ Nainggolan
Roma għandhom l-inkwiet dwar Nainggolan. Hu jinsab f’komproprjetà bejn Roma u Cagliari. Il-klabb ta’ Cagliari qed jitlob prezz għola għan-nofs tagħhom u mhux jirnexxilhom isibu ftehim ma’ Roma. Huma qed jittamaw li jdaħħlu 12 jew 13-il miljun mill-bejgħ ta’ Nainggolan. Juventus, Manchester City u Liverpool lesti jressqu offerta għalih.

Juve b’offerta aħjar għal Sneijder
Skont ‘Tuttosport’, Juventus għollew l-offerta tagħhom għal Wesley Sneijder. Issa huma qed joffru 5 miljuni. Galatasaray uffiċjalment iridu 20 miljun, imma ħafna jaħsbu li lesti jneħħu lil Sneijder għal 8 miljuni.

Sampdoria jridu lil Marco Storari
It-tim ta’ Sampdoria se jbigħ lill-gowlkiper Romero. Minfloku huma jridu gowlkiper ta’ esperjenza u qed jikkunsidraw li jieħdu lura lil Marco Storari.

Rolando għadu jistenna
Rolando għadu qed jistenna li Porto jagħtuh il-go-ahead sabiex jingħaqad ma’ Juventus. Hu stess qed ikollu laqgħat mad-diriġenti ta’ Porto sabiex jagħmlu pressjoni favur trasferiment tiegħu ma’ Juventus.

Diamanti forsi jibqa’ iċ-Ċina
Apparti Juventus, anki Fiorentina jridu lil Alessandro Diamanti. Madankollu hemm ċans tajeb li hu jibqa’ iċ-Ċina peress li din hi x-xewqa tal-mara tiegħu.

De Jong fil-mira ta’ Manchester United
Hemm anki Manchester United li jridu lil Nigel De Jong. Ir-Red Devils, allegatament, offrewlu kuntratt ta’ tliet snin b’paga ta’ 3.5 miljun Ewro.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *