Aktar dwar Rubinho … lagħab 47 minuta u rebaħ 8 unuri ma’ Juventus!

MatthewJuve Uncategorised Leave a Comment

Ġimgħa ilna kellimnikom dwar il-każ stramba ta’ Rubinho li f’erba’ snin ma’ Juventus lagħab biss 2 partiti u rebaħ erba’ scudetti. Tajjeb, issa ħaqqkom aġġornament dwaru. Komplessivament, jekk inħarsu lejn it-tazzi kollha, insibu li kollox ma’ kollox Rubinho f’dawn l-erba’ snin lagħab biss 2 partiti … dawk it-tnejn tal-kampjonat biss lagħab! It-total ta’ unuri li rebaħ hu ta’ 8 tazzi: 4 scudetti, 2 Coppa Italia u 2 Super Cup tal-Italja.

Żewġ kurżitajiet oħra: qabel xejn, veru għidna li lagħab 2 partiti, imma tajjeb li nispeċifikaw li hu lagħabhomx mill-ewwel sal-aħħar minuta. Fl-ewwel partita daħal fit-80 minuta, filwaqt li fit-tieni u l-aħħar waħda lagħab 37 minuta. Total ta’ 47 minuta. Interessati li ż-żewġ partiti li lagħab seħħew fit-18 ta’ Mejju (18 ta’ Mejju 2013 Sampdoria-Juventus 3-2 u 18 ta’ Mejju 2014 Juventus-Cagliari 3-0).

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *