Aktar għidut dwar Guardiola

MatthewJuve News Leave a Comment

Lil hinn mill-ġurnaliżmu mainstream (biex niftehmu Sky u tliet gazzetti prinċipali tal-isports fl-Italja), ftit huma dawk li huma verament konvinti li Juventus iridu jaħtru lil Sarri bħala l-kowċ tagħhom. Il-ġurnalisti Momblano u Guelpa huma ċerti li Guardiola se jkun il-kowċ minflok Allegri, filwaqt li Sarri għalihom hu biss back-up plan f’każ li l-affarijiet ma’ Guardiola ma jmorrux kif mistenni. Momblano hu dak li kixef diversi ġimgħat ilu li Guardiola se jkun jista’ jinħall mill-kuntratt ma’ Manchester City minħabba s-sanzjonijiet tal-Uefa fil-konfront tal-klabbs Ingliż. Tard ilbieraħ filgħaxija hu baqa’ jsostni l-pożizzjoni tiegħu u żvela li għandu informazzjoni li Guardiola għarraf lil Manchester City li jrid jitlaqhom tkun xi tkun is-sentenza tal-Uefa. Guelpa qed jaqbel miegħu u żied ukoll li Juventus għandhom ftehim ma’ ħdax-il persuna oħra li se jkunu qed jiffurmaw parti mill-istaff tekniku ta’ Guardiola.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *