Alessandro Birindelli ġej Malta fuq stedina tal-Club!!

MatthewJuve News Leave a Comment

Bi pjaċir inħabbrulkom li bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-40 sena anniversarju mit-twaqqif tal-Club se jkollna bħala mistieden fl-akbar Club fid-dinja lill-eks plejer Juventin, Alessandro Birindelli. Huwa ser jasal Malta il-Ġimgħa 12 ta’ Ġunju fejn filgħaxija stess ser jiltaqa’ mal-membri in regola mal-ħlas ta’ sħubija. Is-Sibt se ssir ikla ad unur dan il-plejer verament maħbub mill-Juventini kollha. Il-postijiet għall-ikla se jkunu limitati. Niġbed l-attenzjoni li din l-attività se tkun miftuħa għall-membri biss. Aktar dettalji jitħabbru aktar ‘il quddiem.

 

Joseph Fenech
President

Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975)

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *