Allegri b’xi dubji dwar min se jilgħab kontra Fiorentina

MatthewJuve News Leave a Comment

Meta fadal biss erbat ijiem għall-ewwel partita tal-kampjonat 2016/17, Allegri jidher li għandu f’moħħu li jilgħab bis-sistema tat-3-5-2. Konfermata d-difiża Buffon-Barzagli-Bonucci-Chiellini. F’nofs il-grawnd se jkun hemm Dani alves u Alex Sandro mal-linji, Pjanic play-maker quddiem id-difiża, u maġenbu Khedira. Il-plejer l-ieħor ta’ nofs il-grawnd se jkun Asamoah jew Lemina. Fuq quddiem Dybala flimkien ma’ Higuain jew Mandzukic. Dan tal-aħħar jidher li hu l-favorit li jibda mill-ewwel minuta hekk kif Higuain għadu ma sabx l-aqwa forma tiegħu.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *