F’intervista mogħtija lir-rivista Stile Mese, Massimiliano Allegri stqarr li hu rrifjuta l-offerta ta’ Florentino Perez minħabba li kien ta kelmtu lil Andrea Agnelli li kien se jibqa’ jikkowċja lil Juventus dis-sena. “Real Madrid huma l-akbar klabb tad-dinja però kont tajt kelmti lil Juventus. Ħassejtni onorat biex fl-istess ħin ridt nuri rispett lejn Juventus u nżomm kelmti,” qal Allegri. Fl-intervista hu kompla jgħid li ma jħossux “bandiera ta’ Juventus bħal Buffon u Del Piero” għax “huma kitbu l-istorja ta’ dal-klabb, mentri jien ilni hawn biss erba’ snin.”
Matthew Scerri