Allegri jispjega l-għażla ta’ Juventus li jixtru mill-ġdid lil Caceres

MatthewJuve News Leave a Comment

“Benatia talabna biex jitlaq. Ikkuntentajnieh minkejja li kellna pjanijiet oħra. Qisna d-diversi plejers li stajna nieħdu u morna għal Caceres. B’xorti tajba hu aċċetta. Mhuwiex biss riserva. Anzi dejjem għidt li kien tal-istess valur ta’ Bonucci, Barzagli u Chiellini. Hu bniedem pożittiv u jien dejjem nieħu pjaċir li jkun hemm plejers hekk fit-tim.” B’dal-kliem Allegri spjega l-għażla ta’ Juventus li jixtru mill-ġdid lil Caceres. Hu kompla jgħid ukoll: “Ħadna lil Caceres peress li hu jaf l-ambjent Juventin. Il-plejers l-oħra kienu se jiġi erba’ xhur minn tmiem l-istaġun u konna se nispiċċaw naħlu ħafna ħin sabiex jidraw fl-Italja, jitgħallmu l-lingwa u jsib l-aqwa forma.”

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *