Allegri: “Kean jiżbalja jekk jitlaq”

MatthewJuve News Leave a Comment

“Esprimejt l-opinjoni tiegħi wara l-partita kontra Chievo u tkellimt dwarha mal-plejer innifsu. Kean għandu jibqa’ ma’ Juventus. Kulħadd għandu għajnejn biex jara li jaf jagħmel il-gowls, biss għad irid jitgħallem kollox dwar il-futbol. Il-fortuna tiegħu hi li jinsab ma’ Juventus, klabb li jsegwih f’kollox. Jekk jitlaq forsi jista’ jilgħab iktar, imma żgur li jitlef fil-proċess tiegħu ta’ maturazzjoni. Ma jridx ikollu għaġla. Plejer jieħu ż-żmien biex jimmatura. Juventus huma l-post ideali biex wieħed jitjieb. Rugani baqa’ ma’ Juventus erba’ snin u jidher fil-wirjiet li qed ikollu. Fl-opinjoni tiegħi, jekk Kean jitlaq ikun qed jiżbalja.” Kliem ta’ Allegri waqt il-konferenza tal-aħbarijiet ta’ lejlet Lazio-Juventus.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *