Amoruso u Iuliano: “Grazzi tal-merħba li tajtuna”

MatthewJuve News Leave a Comment

Is-Sibt 8 ta’ April 2017 hi ġurnata oħra li se tibqa’ mfakkra fl-istorja tal-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975) hekk kif il-membri setgħu jiltaqgħu fis-sede tal-Club ma’ Nicola Amoruso u Mark Iuliano. F’diskorsi tal-okkażjoni, il-mistednin speċjali sostnew li baqgħu sorpriżi bil-merħba li ngħataw, bil-professjonalità tal-Club Malti u anki bis-sbuħija ta’ Malta.

“Ninsabu ġenwinament grati għall-merħba eċċezzjonali li ngħatajna minn dan il-Club fost l-aktar antiki ta’ Juventus. F’dawn il-jumejn missejna b’idejna l-imħabba tagħkom lejn Juventus” qal Amoruso.

Fuq l-istess linji tkellem Iuliano, li żied: “Qatt ma ħsibt li se niġu fi Club daqstant organizzat. Is-supporters organizzati fi Club huma l-qofol ta’ tim bħal Juventus li sena wara l-oħra qed ikompli jagħmel dak li Juventus jafu jagħmlu, jiġifieri jirbħu. Eks-sħabna tal-passat kellmuna dwar dan il-Club u qalulna kemm jieħdu pjaċir minn żmien għall-ieħor jirritornaw Malta. Issa qed nifhmu għalfejn.” Ninsabu konvinti li Amoruso u Iuliano se jġorru magħhom memorji mill-isbaħ ta’ dawn il-jumejn li qattgħu Malta.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *