Andrea Agnelli: “Il-Curva Sud hi post perikoluż”

MatthewJuve News Leave a Comment

Fl-14 ta’ Frar li għadda Andrea Agnelli ta x-xhieda tiegħu b’rabta mal-inkjesta ‘Last Banner’. Il Corriere della Sera ppubblikat partijiet minn dix-xhieda. Agnelli ddeskriva l-Curva Sud bħala post perikoluż: “Fil-Curva wieħed jidħol riskju tiegħu, speċjalment fil-parti ċentrali. Mhumiex kollha kriminali, imma żgur li hemm serje ta’ kapijiet ultra li għandhom potenzjal kriminali: Toia, Grancini, Mocciola.” (dat-tlieta huma kapijiet tad-Drughi u tal-Viking). Agnelli jispjega anki li “fl-2018 ressaqna rapport biex ikun hemm xi ħaġa bil-miktub.” Hawn Agnelli qed jirreferi għall-fatt li Juventus dejjem ħadmu flimkien mal-Pulizija kontra l-imġiba skorretta tal-ultras u r-rapport sar sabiex ikun hemm rekord bil-miktub tal-ġlieda ta’ Juventus kontra l-aspetti negattivi tad-dinja tal-ultras. Imbagħad Agnelli jgħid ukoll: “Il-gruppi ultras, b’serje ta’ komportamenti ta’ theddid u vjolenti, kapaċi joħolqu dannu lill-klabb u għalhekk hemm sitwazzjoni ta’ rikatt. Xi kultant kellu nilqgħu t-talbiet tagħhom għax konna nafu sew il-konsegwenzi negattivi possibbli ta’ korijiet u  mġiba oħra li jistgħu jwasslu għal sospensjonijiet jew anki li tingħalaq il-Curva.”

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *