Andrea Barzagli ‘Man of the Match’ ta’ Milan-Juventus

Pierre Bonavia News Leave a Comment

Andrea Barzagli  rebaħ l-unur ta’ ‘Man of the Match’ għall-logħba kontra Milan tas-Sibt li għadda 22 ta’Ottubru 2016. Il-voti ġew mill-preferenzi tagħkom fuq dan il-website.

Id-difensur juventin kien protagonist ta’wirja tajba ħafna speċjalment jekk ikkomparata ma’sħabu tat-tim li mhux biss ħarġu telliefa 0-1 imma taw wirja mhux denja ta’tim li jrid jirbaħ kollox. Barzagli ġab il-59% tal-voti tagħkom. Fit-tieni post spiċċa Miralem Pjanic li għalkemm kien kritikat minn bosta, irexxilu jiskorja gowl validu li r-referee għamel żball oħxon, u ħassar dak li seta’ jkun gowl deċisiv! Pjanic ġab il-11% tal-voti. Il- Capitano tagħna Gianluigi Buffon kiseb il-5% u ħa t-tielet post.

Grazzi lil kull min ħa sehem

Pierre Bonavia

barza

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *