Bħal-lum seba’ snin Alessandro Del Piero kien lagħab l-aħħar partita tiegħu bil-flokk ta’ Juventus wara karriera twila 19-il sena mal-Bianconeri. Dakinhar il-Juventus Stadium u s-supporters kollha Bianconeri sellmu bl-iktar mod emozzjonanti lil Del Piero.

Comments 1
Emozzjoni infinita. Anki llum wara erba’ snin minn dak il-mument li qatt ma xtaqna li jasal, l-immaġini tal-Grande Capitano emozzjonat huwa, ukoll ixejjer lill-folla li ħonqot il-JStadium, l-emozzjoni għadha tidwi fija u mingħajr dubju fl-eluf ta’ juventini li ‘fortunatament’ (jew forsi sfortunatament ) konna prezenti għall-addio tal-maħbub capitano tagħna, leġġenda Bianconera, ALEX DEL PIERO. Grazzi Capitano.