Erbatax-il sena ilu, fis-17 ta’ Frar 2005, ħalliena Omar Sivori. Mingħajr dubju hu jibqa’ imfakkar bħla wieħed mill-iktar plejers ta’ talent li qatt libsu l-flokk ta’ Juventus. Komplessivament hu skorja 167 gowl f’253 partita ma’ Juventus u fl-1961 rebaħ il-Ballun tad-Deheb.
Qed inġibulkom video sabiex tifhmu eżattament min kien Omar Sivori:
Matthew Scerri
Comments 1
Kelli x-xorti li mhux biss niltaqa ma’ Omar Sivori f’lukanda f’Ruma qabel loghba kontra Lazio, izda wkoll nara jilaghab diversi drabi lil dan il-genju tal-ballun. Ghalkemm fil-ground xejn ma kien xmpju ta’ sportivita’ ghaz-zaghzagh, bhala player kien iġġenen lil kulħadd meta jkollu l-ballun fuq siequ x-xellugija, u mhux darba li rredikola lill-avversarju billi jghaddilu l-ballun minn bejn siequ,. Omar kien player sbruffat, jitlalu malajr u niftakar sew meta f’logħba tal-Kampjonat, Omar gie muri karta safra, tilef il-boxxa b’attakk isteriku u kellu jkun il-gganti John Charles li biex jikkalmah fajjarlu daqqa ta’ harta quddiem ground mimli u t-TV screens. Ma ninsa qatt izda it-trio meravilja Boniperti-John Charles-Sivori li tant gabu successi lit-team Juventin u onoraw il-flokk Iswed u Abjad bl’ghola mod.
Dak kien zmien u dak kien football champagne. RIP Omar..