Anniversarju: 27/5/2004 miet Umberto Agnelli

MatthewJuve Leave a Comment

Sittax-il sena ilu Juventus tilfu lil Umberto Agnelli. Hu kien l-iżgħar President fl-istorja ta’ Juventus għax inħatar meta kellu biss 21 sena. Il-Presidenza tiegħu bdiet fl-1955 u baqgħet sejra sal-1962. Mill-ewwel wera li kien ambizzjuż ħafna tant li nefaq somma flus mhux ħażin biex jixtri lil John Charles u Omar Sivori. Taħt it-tmexxija tiegħu Juventus rebħu ħafna. Fost l-oħrajn kienet idea tiegħu li min jirbaħ għaxar scudetti jkollu d-dritt li jpoġġi stilla tad-deheb fuq il-flokk. Ta’ min jgħid ukoll li bejn l-1959 u l-1961 Umberto Agnelli serva anki bħala President tal-FIGC. Fis-Snin Disgħin tas-Seklu XX Umberto Agnelli kien il-moħħ wara t-Triade Bettega-Giraudo-Moggi meta kien il-persuna responsabbli mill-Juventus f’isem il-familja Agnelli.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *