Anniversarju: il-blog tal-aħbarijiet ta’ Juventusclubmalta.com jagħlaq 10 snin!

MatthewJuve News 1 Comment

Għaddew għaxar snin minn dak il-15 ta’ Ġunju 2008, id-data li fiha bdejna dan il-blog ta’ aħbarijiet mid-dinja ta’ Juventus, b’informazzjoni anki dwar il-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975). Għaxar snin li għaddew bħal ħolma. L-impenn sħiħ li wegħedna għaxar snin ilu biex inwasslulkom kuljum l-aħbarijiet, illum bi kburija ngħidulkom li żammejnieh u hi l-intenzjoni tagħna li nkomplu nġedduh fis-snin li ġejjin. Kien ta’ unur kbir għalina li rajna lil din il-website tikber jum wara jum u kellna dejjem parteċipazzjoni qawwija minnkom il-qarrejja u supporters ta’ Juventus. Segwejna lit-tim fis-snin ta’ wara Calciopoli meta r-riżultati kienu kemxejn foqra. Komplejna nsegwu lit-tim fis-snin tar-rebħ tal-unuri.  Għamilna dan kollu b’imħabba u passjoni kbira. U b’dan l-ispirtu se nkomplu naħdmu anki fil-futur. F’għeluq dan l-anniversarju l-isbaħ awgurju li nistgħu nagħmlu hu li nkompli naraw lil din il-websajt tikber u tagħmel passi ta’ ġgant ‘il quddiem. Dawn l-għaxar snin huma biss il-bidu!

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Share on Google+
Google+
Email this to someone
email

Comments 1

  1. Nixtieq li f’isem il-membri kollha tal-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975) u f’ismi personali nirringrazzja lilek Matthew Scerri u lill kollaboraturi tieghek ghax xoghol kostanti, ta’ kuljum, li twettaq biex twassalina din il-blog tant interessanti, informattiva u dokumentata. Napprezzaw id-dedikazzjoni u l-hin li tiddedika biex il-club taghna permezz ta’ dan il-blog ikun konformi mal-progress li jsir minn zmien ghal zmien fuq il-media-socjali u jzommna aggornati b’dak kollu li ghandu x’jaqsam mat-team taghna il-Juventus.
    Grazzi mill-gdid u Happy 10th Anniversary.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *