Arrestat manager tal-JMedical

MatthewJuve News Leave a Comment

Wieħed mill-managers tal-JMedical, Giuliano Pastore safa arrestat ilbieraħ flimkien ma’ ħmistax-il persuna oħra b’rabta ma’ inkjesta dwar ħasil ta’ flus u użura. Il-grupp ta’ persuni kienu qed jaħdmu b’rabta ma’ boss tal-‘Ndrangheta. Skont Il Fatto Quotidiano l-każ faqqa’ wara li l-eks President ta’ Asti, Pierpaolo Gherlone ressaq rapport lill-awtoritajiet. Gherlone, li kellu problemi finanzjarji, kien kiseb self fuq l-idejn bl-għajnuna ta’ Pastore. Mill-inkjesta rriżulta li kien hemm rabtiet mal-boss tal-‘Ndragheta Renato Macrì. Bażikament il-ħasil ta’ flus kien jikkonsisti proprju f’atti ta’ użura.

Tajjeb ngħidu li Pastore kien qed jaġixxi fuq bażi personali u li allura Juventus FC mhumiex implikati f’dal-każ.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *