Atletico Madrid-Juventus 2-2

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus qamu għall-okkażjoni u kellhom wirja stupenda kontra A. Madrid minkejja l-limitazzjonijiet ta’ dan il-perjodu. It-tim għadu qed jinbena biss il-mentalità diġà bdiet tidher. Sarri kien bravissimu li bidel is-sistema ta’ logħob billi għadda mill-4-3-3 għall-4-4-2 b’Cuadrado fit-tim minflok Douglas Costa. B’dil bidla t-tim kien inqas żbilanċjat ‘il quddiem u d-difiża mħarsa ftit iktar. Proprju Cuadrado fetaħ l-iskor b’gowl il-ġmiel wara azzjoni mibnija b’mod għaqli minn Bonucci u Higuian. Ftit minuti wara Matuidi rdoppja b’daqqa ta’ ras. Kollox deher jindika li Juventus kellhom f’idejhom ir-rebħa, biss A. Madrid ma qatgħux qalbhom u wara li naqsu d-distakk b’daqqa ta’ ras ta’ Savic fl-aħħar minuta sabu l-gowl tad-draw b’daqqa ta’ ras oħra, did-darba ta’ Herrera. Kollox ma’ kollox Juventus kien ħaqqhom ir-rebħa anki jekk Atletico lagħbu tajjeb ukoll. Sarri issa jrid ikompli jaħdem, speċjalment fejn jidħlu s-set pieces għax Juventus qed jaqilgħu wisq gowls minnhom.

ATLETICO MADRID-JUVENTUS 2-2

Skurjaw: Cuadrado (J), Matuidi (J), Savic (A), Herrera (A)

Atletico Madrid: Oblak; Trippier, Savic, Gimenez, Renan Lodi (Vitolo); Koke, Saul, Thomas (Herrera), Lemar (Correa); Joao Felix, Diego Costa. Kowċ: Simeone

Juventus: Szczesny; Danilo, Bonucci, De Ligt, Alex Sandro; Khedira (Bentancur), Pjanic (Ramsey), Matuidi; Cuadrado, Higuain (Dybala), Ronaldo. Kowċ: Sarri

Referee: Makkelie (Ola)

Karti sofor: Matuidi, Cuadrado, Diego Costa.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *