Attenti! Calciopoli mhix wisq ‘il bogħod

MatthewJuve News Leave a Comment

Id-dikjarazzjonijiet tal-eks referee Lo Bello fil-konfront ta’ Rizzoli huma frankament xokkanti. Xbajna u drajna kummenti polemikużi wara kull Juventus-Inter. Li hu xokkanti f’dal-każ hu li l-attakk mhux ġej minn supporter ta’ tim, imma minn eks-referee, jiġifieri persuna li support tkun newtrali u li normalment tiddefendi lill-kollegi tagħha. Min jaf sew il-fatt ta’ Calciopoli jaf li beda kollox biż-żiemel ta’ Troia u nħoloq komplott fejn Juventus weħlu pieni qawwija għall-fatti minuri, filwaqt li t-tortijiet ta’ Inter u Milan inħbew sa ma daħħlet fis-seħħ il-preskrizzjoni u hekk setgħu jirbħu waħidhom bla ma qatt ħallsu tal-fatti gravi li wettqu!

Ftit ġimgħat ilu Berlusconi qal li Juventus jistgħu jitwaqqfu billi jinbidlu r-referees u l-imħallfin kollha. Issa għandna dan l-attakk ta’ Lo Bello. Attakk li fih eku ta’ calciopoli: l-istess allużjonijiet li Rizzoli jagħlaq għajnejh favur Juventus (eżempju li semma’ kien l-allegata daqqa ta’ ras ta’ Bonucci lil Rizzoli sena ilu) sabiex hu jkun jista’ jkompli l-karriera ta’ referee. L-istess kliem tal-passat. U bħall-2006, anki din il-Juventus hi imbattibbli fil-grawnd u allura qed jippruvaw ikissruha barra mill-grawnd. Nittamaw li din id-darba l-klabb Juventin jagħraf jilqa’ għal dawn l-attakki u jirribatti għall-ħdura tal-avversarji mimlija għira għar-rebħiet Bianconeri!

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *