Avviż dwar id-dħul fil-Club waqt il-partiti ta’ Juventus

MatthewJuve Hot news, News Leave a Comment

Ħbieb,

Rega’ wasal staġun ieħor biex flimkien ġewwa l-Club nerġgħu nibdew insegwu lit-team favorit tagħna. Żgur li kulħadd huwa ħerqan biex jara lil Cristiano Ronaldo jagħmel id-debutt tiegħu bil-flokk Juventin fuqu.

Kif diġa’ tafu minn posts preċedenti li ktibna kemm fuq il-grupp ta’ Facebook tal-Club kif ukoll fuq il-website, il-Kumitat ma waqaf xejn matul il-waqfa tas-Sajf iżda baqa’ għaddej bix-xogħol tiegħu kemm b’attivitajiet kif ukoll bit-tisbieh u modernizzar tal-Club.

Il-Kumitat jixtieq għaldaqstant jinforma li minn dan l-istaġun matul il-partiti l-membri se jkunu mil-ġdid mitluba juru mad-dħul t-tessera tas-sħubija valida għall-istaġun 2018/19 lill-persuna li se tkun qiegħda fl-entratura qabel tidħol għall-bar area.

Persuni li għadhom mhux membri dan l-istaġun se jintalbu donazzjoni ta’ €2. Nixtiequ nieħdu l-okkażjoni biex nappellaw lil min għadu ma ġeddidx is-sħubija jew min jixtieq jissieħeb għall-ewwel darba biex jagħmel dan minn l-ufficju tal-Club kull nhar ta’ Tlieta u Ħamis bejn 6.30pm u 8.00pm jew jissieħeb permezz tal-PayPal billi ssegwu dan il-link http://juventusclubmalta.com/membership/subscribe-online/

Inselli għalikom,

Joe Shields
Segretarju Ġenerali

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Share on Google+
Google+
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *