Nixtiequ ninfurmawkom li se nibdew naċċettaw bookings għall-partiti tal-fażi tal-gruppi taċ-Champions League minn nhar is-Sibt 31 ta’ Awwissu qabel il-partita kontra Napoli.
Apparti dan is-Segretarjat jixtieq iżid li minħabba li l-ammont ta’ biljetti għad-disposizzjoni hija dejjem limitata, l-ewwel li se jingħataw preferenza biex jirriservaw dawn il-biljetti huma dawk il-membri li taw il-fiduċja lill-Club u laħqu ħallsu s-sħubija għall-istaġun 2019/20 qabel it-tlugħ tal-poloz tal-gruppi taċ-Champions League.
Għaldaqstant il-membri diġa mħallsa qabel ma jkunu telgħu l-poloz se jingħataw l-esklussiva biex jirriservaw dawn il-biljetti f’dawn il-ġranet elenkati hawn taħt;
Is-Sibt 31 ta’ Awwissu bejn 7.30pm u 8.30pm
It-Tlieta 3 ta’ Settembru bejn 6.30pm u 8.00pm
Il-Hamis 5 ta’ Settembru bejn 6.30pm u 8.00pm
Mill-10 ta’ Settembru l-quddiem il-bookings se jkunu miftuħin ghal dawk il-membri li ssieħbu wara li telgħu l-poloz ukoll. Nixtiequ nirrimarkaw li dawk il-membri li għad iridu jissieħbu se jkunu jistgħu jħallu isimhom ġo waiting list mingħajr il-ħtieġa li jħallu deposit.
L-aħħar u mhux l-inqas nerġgħu nfakkrukom li kull persuna tista’ tirriserva sa massimu ta’ żewġ biljetti kif ukoll li minn dan l-istaġun sħubija fil-Fan Club biss m’għadhiex biżżejjed għal skopijiet ta’ biljetti iżda hija meħtieġa wkoll il-Juventus Card (ex Tessera del Tifoso).
Grazzi
Darren Micallef
Assistent Segretarju u Assistent Segretarju Internazzjonali