Avviż dwar il-biljetti tal-partiti tal-aħħar 16 taċ-Champions League

Darren Micallef Uncategorised Leave a Comment

Nixtiequ ninfurmawkom li se nibdew naċċettaw bookings għaż-żewġ partiti away u home tal-aħħar 16 taċ-Champions League minn nhar it-Tlieta 17 ta’ Diċembru.

Bħalma għamilna f’okkażjonijiet oħra kull persuna tista’ tirriserva sa massimu ta’ żewġ biljetti. Dan l-avviż ma japplikax biss f’kas ta’ familji fejn ġenitur ikun qiegħed jirriserva biljetti għal minorenni li jgħixu fl-istess indirizz. Id-deposit mitlub huwa l-istess bħal dak tas-soltu ta’ €90 jew €150 skont is-settur mixtieq.

Apparti dan is-Segretarjat jixtieq iżid li minħabba li l-ammont ta’ biljetti għad-disposizzjoni hija dejjem limitata, l-ewwel li se jingħataw preferenza biex jirriservaw dawn il-biljetti huma dawk il-membri li taw il-fiduċja lill-Club u laħqu ħallsu s-sħubija għall-istaġun 2019/20 qabel it-tlugħ tal-poloz ta’ nhar it-Tnejn 16 ta’ Diċembru.

Għaldaqstant il-membri diġa mħallsa qabel ma jkunu telgħu l-poloz se jingħataw l-esklussiva biex jirriservaw dawn il-biljetti f’dawn il-ġranet elenkati hawn taħt;

It-Tlieta 17 ta’ Diċembru bejn 6.30pm u 8.00pm
L-Erbgħa 18 ta’ Diċembru bejn 6.00pm u 7.00pm
Il-Ħamis 19 ta’ Diċembru bejn 6.30pm u 8.00pm

Minn l-20 ta’ Diċembru l-quddiem, dejjem jekk ikun għad fadal biljetti l-bookings se jkunu miftuħin ghal kulħadd. Nixtiequ nirrimarkaw li dawk il-membri li għad iridu jissieħbu se jkunu jistgħu jħallu isimhom ġo waiting list mingħajr il-ħtieġa li jħallu deposit.

L-aħħar u mhux l-inqas nerġgħu nfakkrukom li minn dan l-istaġun sħubija fil-Fan Club biss m’għadhiex biżżejjed għal skopijiet ta’ biljetti iżda hija meħtieġa wkoll il-Juventus Card (ex Tessera del Tifoso).

Grazzi

Darren Micallef
Uffiċjal Tesseramenti
Assistent Segretarju u Assistent Segretarju Internazzjonali

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *