Avviż dwar pagamenti bir-Revolut

MatthewJuve Leave a Comment

Il-Club għadu għaddej fil-fażi ta’ testing ta’ Revolut wara li introduċa numru ġdid. Irridu naċċertaw ruħna jekk għadux metodu ta’ ħlas tas-sħubija effiċjenti fejn il-ħlasijiet jaslu kollha bħalma kien jiġri sa ftit taż-żmien ilu.

Min jagħmel użu minn Revolut nassumu li nduna li daħal fis-seħħ tibdil fl-aħħar xhur. Għaldaqstant kull persuna li timla l-applikazzjoni minn www.juventusclubmalta.com/membership/subscribe-online u tagħżel dan il-metodu biex tittrasferilna l-flus tal-miżata suppost qiegħda tiġi mitluba biex tinnotifikana li sar trasferiment ta’ flus. Din in-notifika jkollha fiha link li aħna rridu neċessarjament ngħafsu fuqha sabiex naċċettaw il-flus.

Nitolbukom biex in-notifika interna minn l-app ta’ Revolut tibgħatuha fil-forma ta’ SMS. Huwa importanti li ssegwu pass pass l-istruzzjonijiet kollha għaliex jekk dan ma jsirx it-trasferiment ma jseħħx.

Dan il-proċess qasir ta’ notifika isir l-ewwel darba biss li ssir transazzjoni bejn iż-żewġ numri. Jekk il-quddiem jgħaddi trasferiment ieħor bejn iż-żewġ numri ma jkunx meħtieġ li jintbgħat sms imma t-trasferiment iseħħ b’mod awtomatiku.

Grazzi

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *