Avviż ieħor dwar il-biljetti tal-fażi tal-gruppi taċ-Champions League

Darren Micallef Hot news, News Leave a Comment

Kif diġa konna informajna fl-avviż li ħriġna nhar il-Erbgħa 29 ta’ Awwissu li se nibdew naċċettaw bookings għall-partiti taċ-Champions League minn nhar is-Sibt l-1 ta’ Settembru, is-Segretarjat jixtieq iżid li minħabba li l-ammont ta’ biljetti għad-disposizzjoni hija dejjem limitata, l-ewwel li se jingħataw preferenza biex jirriservaw dawn il-biljetti huma dawk il-membri li taw il-fiduċja lill-Club u ħallsu s-sħubija għall-istaġun 2018/19 qabel ma telgħu l-poloz tal-gruppi taċ-Champions League.

Għaldaqstant il-membri diġa mħallsa qabel ma telgħu l-poloz se jingħataw l-esklussiva biex jirriservaw dawn il-biljetti f’dawn il-ġranet elenkati hawn taħt;

Is-Sibt 1 ta’ Settembru bejn 6.30pm u 8.15pm
It-Tlieta 4 ta’ Settembru bejn 6.30pm u 8.00pm
Il-Hamis 6 ta’ Settembru bejn 6.30pm u 8.00pm

Mill-11 ta’ Settembru l-quddiem il-bookings se jkunu miftuħin ghal dawk il-membri li ssieħbu wara li telgħu l-poloz ukoll. Nixtiequ nirrimarkaw ukoll li dawk il-membri li sfortunatament issieħbu tard jew għad iridu jissieħbu se jkunu jistgħu jħallu isimhom ġo waiting list mingħajr il-ħtieġa li jħallu deposit.

Grazzi

Joe Shields
Segretarju Ġenerali

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Share on Google+
Google+
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *