Avviż ieħor importanti – Regolamenti ġodda dwar riservar ta’ biljetti

Darren Micallef Hot news, News Leave a Comment

Il-Segretarjat tal-Juventus Club Vero Amore jixtieq jinforma b’dawn ir-regoli ġodda ghal-dawk il-persuni li dan l-istaġun għandhom il-ħsieb li jmorru jaraw partita ġewwa l-Allianz Stadium.

Il-Kumitat iddeċieda li minn dan l-istaġun kull persuna li tiġi l-uffiċju tista’ tirriserva biljetti għal massimu ta’ żewg persuni biss. Dan ir-regolament ġdid japplika għall-partiti kollha tas-Serie A u Champions League.

Dan qegħdin nagħmluh sabiex nevitaw li hekk kif jitilgħu l-poloz tas-Serie A u Champions League jkollna persuni li jirriservaw ammont kbir ta’ biljetti a skapitu ta’ membri oħrajn li jkunu qiegħdin jagħmlu l-queue bħal ħaddieħor.

Dan l-avviż ma japplikax biss f’kas ta’ familji fejn ġenitur ikun qiegħed jirriserva biljetti għal minorenni li jgħixu fl-istess indirizz.

Irridu wkoll ngħamluha ċara li kull min għandu fil-pussess tiegħu Juventus Card (ex Tessera del Tifoso) valida għandu jġibha miegħu sabiex jirriserva biljett.

Dawk li applikaw għall-Juventus Card mal-Club tagħna biss se jitħallew jirriservaw biljetti ta’ partiti li jinzertaw minn Novembru l-quddiem.

Għalhekk huwa importanti ħafna li l-Juventus Card (ex Tessera del Tifoso) ta’ kull persuna li qiegħda tapplika għal biljett tiġi preżentata lilna ġewwa l-uffiċju waqt il-ħlas tad-depositu. Jekk dan ma jsirx sfortunatament mhux se nkunu f’posizzjoni li naċċettaw ebda depositu.

Ninsabu konxji li din se tkun ta’ detriment għal ħafna membri li għad m’għandhomx Juventus Card (ex Tessera del Tifoso) iżda dawn huma regolamenti ta’ Juventus u se jkollna nimxu magħhom b’mod obbligatorju.

Għal iktar informazzjoni nistidnukom tiktbulna email fuq [email protected] jew iżżuruna l-uffiċju kull nhar ta’ Tlieta jew Ħamis bejn 6.30pm u 8pm

Grazzi

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *