Avviż importanti dwar il-biljetti tal-konfront doppju kontra Ajax

Darren Micallef News Leave a Comment

Nhar il-Ħadd 17 ta’ Marzu qabel il-partita kontra Genoa se nkunu qiegħdin nilqgħu l-ewwel riservazzjonijiet għall-biljetti tal-Kwarti tal-Finali taċ-Champions League kontra Ajax permezz ta’ depositu fuq bażi ta’ first come first served.
Id-deposit mitlub għall-partita ġewwa Turin se jkun ta’ €150 fuq kull biljett filwaqt li għall-partita f’Amsterdam se jkun ta’ €100.

L-uffiċju se jkun qiegħed jiftaħ fil-11am.

Il-Kumitat jixtieq javża wkoll li minħabba d-domanda presumibbilment qawwija ta’ biljetti facevalue li se jkollna, nhar il-Ħadd se tkun l-unika okkażjoni biex il-biljetti jiġu riservati. Għaldaqstant irridu ngħamluha ċara li min jigi biex japplika għall-biljetti se jkun jista’ jirriserva sa massimu ta’ żewġ (2) biljetti biss.

Il-biljetti li se jkollna se jkunu esklussivi għall-membri fil-Fan Club biss allura mhux se jkun possibbli li naqdu persuni li ma laħqux ħallsu s-sħubija mal-Club kif ukoll fil-Fan Club.

Il-prezzijiet tal-biljetti f’Turin se jkunu jvarjaw bejn €85 u €260.

10 ta’ April – Ajax vs Juventus
16 ta’ April – Juventus vs Ajax

Grazzi.

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your e-mail address will not be published. Required fields are marked *