Avviż importanti dwar talbiet ta’ biljetti

MatthewJuve Hot news, News Leave a Comment

Importanti ħafna li kulmin għandu l-ħsieb li jmur jara xi partita ta’ Juventus u jkun irid jitlobna biljetti għal kwalunkwe partita, irid ikollu dik li kienet tissejjaħ Tessera del Tifoso u li issa sar jisimha Juventus Card.

Il-Juventus Card tista’ ssir direttament mill-Club tagħna billi wieħed jinkiteb fil-Fan Club u wara jimla l-applikazzjoni tal-Juventus Card. Importanti ferm li kulmin se jkun qiegħed japplika għal Juventus Card iġib miegħu l-karta tal-identità u ritratt ċar u reċenti bi sfond abjad għax mingħajrhom l-applikazzjonijiet ma jkunux jistgħu jiġu proċessati.

Il-Juventus Card se tkun valida għal 10 snin. Min diġà għandu t-Tessera del Tifoso mhux se jiġi affettwat għax din tibqa’ valida sakemm tiskadi.

Nagħmluha ċara li mill-istaġun li ġej il-Club mhux se jkun jista’ jaqdi lill-ebda persuna li ma jkollhiex il-Juventus Card.

Grazzi

Il-Kumitat

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *