Awguri Fabio Capello

Pierre Bonavia News Leave a Comment

Minn dan is-sit nawguraw l-isbaħ xewqat ta’għeluq sninu lil Fabio Capello, ex plejer u anke ex kowċ juventin li matul is-snin rebaħ u ta’ unur lil kuluri bojod u suwed. Jagħlaq 71 sena.
Capello bejn is-snin 1970 u l-1976 lagħab 165 logħba ma’Juventus (u skorja wkoll 27 gowl), rebaħ 3 Scudetti u kien membru fundamentali ta’ tim glorjuż li kien jinkludi wkoll (fosthom) Dino Zoff, Franco Causio, Antonello Cuccureddu u Roberto Bettega. 
Fabio reġa naqgħad ma’Juventus fis-sena 2004 din id-darba bil-kariga prestiġuża ta’kowċ. Rebaħ żewg titli Taljani li ġew imħassra bl-aktar mod vili u diskutibbli wara Calciopoli.
Allavolja Fabio Capello telaq minn Turin wara li ħarġet din il-viċenda, għadu sa issa jsostni li dak it-tim rebaħ 2 Scudetti fil-grawnd u jħosshom tiegħu mija fil-mija.
 
Fabio Capello
mwieled San Canzian d’Isonzo (Italja)
fit-18 ta’Ġunju 1946
tul 1.77m 
Posizzjoni  : nofs-il grawnd
 
1970-1976        165 logħba     27 gowl            3 Scudetti
2004-2006         Kowċ                                           2 Scudetti
 
 
Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *