Bdew jaslu lura l-plejers fil-Continassa. Alex Sandro se jkollu jagħmel sagrifiċċju

MatthewJuve News Leave a Comment

Diversi plejers li kienu impenjati mat-timijiet nazzjonali rispettivi bdew jaslu lura fil-Continassa sabiex jerġgħu jibdew jittrenjaw ma’ Juventus. Bħas-soltu l-problema tibqa’ marbuta mal-plejers mill-Amerka t’Isfel (Dybala, Bentancur, Alex Sandro u Cuadrado) hekk kif dawn se jaslu lura l-Italja bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa. Il-każ ta’ Alex Sandro hu tassew partikolari: minħabba l-injury ta’ De Sciglio, Sarri għandu biss żewġ full-backs li jistgħu jilagħbu s-Sibt waranofsinhar kontra Fiorentina. Dawn huma Danilo u Alex Sandro, b’dan tal-aħħar li se jkun wasal lura l-Italja biss jum qabel minn vjaġġ kemxejn twil.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *