Bojkott tal-ultras fil-konfront ta’ Ronaldo

MatthewJuve News Leave a Comment

Id-dokumenti ta’ Last Banner qed ikomplu jikxfu aktar il-ħmieġ fid-dinja tal-ultras. Il Fatto Quotidiano qed jirrapurtaw li fil-11 ta’ Lulju Salvatore Cava, persuna qrib ħafna ta’ Dino Mocciola, tkellem ma’ Elena Guida (kap tad-Drughi Marche) u qalilha li ħadd ma kellu jippreżenta ruħu dakinhar tal-preżentazzjoni uffiċjali ta’ Ronaldo. Fi stqarrija li kienu ħarġu, insibu miktub li din il-protesta saret minħabba l-prezzijiet għolja tas-season tickets, imma hu ovvju li riedu fil-verità jattakkaw lil Juventus biex jisfurzawhom jagħtuhom dak li riedu. F’Settembru tal-2018, imbagħad, l-ultras xejn ma ħadu gost li Ronaldo xxuttja ballun apposta fit-Tribuna biex jagħtih lil xi supporters. L-ultras ippretendew li Ronaldo jitfa’ l-ballun fil-Curva sabiex ikunu kuntenti n-nies tagħhom. F’telefonata partikolari żewġ ultras jikkummentaw hekk dwar dan l-episodju: “Oj, dak ma jafx kif imorru l-affarijiet?” L-investigaturi sabu diversi xhieda li sostnew li meta l-blalen kienu jispiċċaw fil-Curva, il-kapijiet ultras kienu jġegħlu lin-nies jagħtuhom il-ballun, iridu jew ma jridux. Hemm anki xhieda ta’ mara li sostna li darba l-ultras ħadulha minn idejha ballun li kien spiċċa għandha. Din hi l-arroganza, it-theddid u l-vjolenza li l-ultras dejjem urew fil-grawnd. U issa, grazzi għar-rapport ta’ Juventus, l-awtoritajiet setgħu jiddokumentaw u jressqu l-ħatja quddiem il-ġustizzja.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *