Bologna-Juventus 0-2

MatthewJuve News Leave a Comment

Sena ġdida imma fil-grawnd fti li xejn rajna affarijiet ġodda. Bologna-Juventus kienet għal darb’oħra ddominata mit-tim ta’ Allegri li għaraf jiftaħ l-iskor wara biss ftit minuti u wara amministra l-partita. Għal ħin twil il-partita ntlagħbet fin-nofs il-grawnd ta’ Bologna tant Juventus irnexxilhom jagħlqu wara lit-tim immexxi minn Inzaghi. Il-partita serviet ukoll biex jilagħbu plejers li s’issa ma tantx lagħbu. Fost dawn ibbrillaw Spinazzola u Kean li kellhom wirja tassew mill-aqwa. Fl-aħħar, tajjeb ngħidu, li Bologna-Juventus uriet li t-tim ta’ Allegri jinsab lest għall-Finali tas-Super Cup Taljana kontra Milan ta’ nhar l-Erbgħa.

Bologna-Juventus 0-2
Skurjaw:
 Bernardeschi (J), Kean (J).

Bologna (3-5-2): Da Costa; Calabresi, Danilo, Helander; Mattiello (Orsolini), Svanberg (Donsah), Pulgar, Soriano, Dijks; Sansone, Destro (Palacio). Kowċ: Inzaghi.

Juventus (4-3-3): Szczesny; De Sciglio, Bonucci, Chiellini, Spinazzola (Alex Sandro); Emre Can, Pjanic, Khedira; Bernardeschi, Kean (Ronaldo), Dougls Costa (Dybala). Kowċ: Allegri.

Karti sofor: Bernardeschi (J), De Sciglio (J), Emre Can (J), Soriano (B).

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your e-mail address will not be published. Required fields are marked *