Bonucci, il-pilastru tad-difiża li trid trażżan lil Messi-Suarez-Neymar

MatthewJuve News Leave a Comment

Supporter Juventin sa minn età ċkejkna. Kiber fis-settore giovanile ta’ Inter. Għamel isem għalih innifsu fis-Serie A ma’ Bari. Juventus emmnu fih u investew somma flus mhux ħażin fl-akkwist tiegħu. Baqgħu jemmnu fih anki wara li fl-ewwel snin l-wirjiet tiegħu kienu kemxejn fjakki. Il-bidla radikali waslet meta Conte ħa f’idejh it-tmexxija tat-tim. Minn dak il-mument, Bonucci ħa f’idejh ir-riedni tad-difiża Bianconera u flimkien ma’ Chiellini u Barzagli fforma difiża imbattibbli. Fl-aħħar staġuni kien il-plejer li lagħab l-iktar fi ħdan Juventus. Konvinti li kontra Barcellona se jkollu l-akbar prova ta’ ħajtu: iwaqqaf lil Messi-Suarez-Neymar.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *