Bonucci jilħaq lil Del Piero mat-tim nazzjonali Taljan

MatthewJuve News Leave a Comment

Kontra l-Finlandja Leonardo Bonucci se jilgħab il-partita numru 91 mat-tim nazzjonali Taljan. Hu se jkun qed jilħaq lil Del Piero li fil-karriera tiegħu lagħab 91 darba għal pajjiżu. Interessati li Tuttosport tirramarka kif Bonucci lagħab 91 partita fi ħdax-il staġun, filwaqt li Del Piero laħaq dil-kwota fi 15-il staġun. Barra minn hekk Bonucci beda mill-ewwel minuta għal 84 darba, filwaqt li Del Piero kien mal-ewwel ħdax tal-Italja għal 61 darba. Finalment irrid ngħidu wkoll li Del Piero lagħab biss 19-il partita sħiħa (mill-ewwel sal-aħħar minuta) mal-Italja, filwaqt li Bonucci lagħab għall-Italja 77 partita sħiħa.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *