Bonucci u Bernardeschi fil-mira tal-ultras

MatthewJuve News Leave a Comment

Last Banner rat lill-Pulizija Taljana tittippja madwar 225,000 telefonata ta’ persunaġġi marbuta mad-dinja tal-ultras Juventini. Uħud mit-telefonati, għalkemm penalment jaf m’għandhomx wisq rilevanza, huma tassew interessanti biex nifhmu did-dinja tal-ultras. La Gazzetta dello Sport fliet uħud mit-telefonati u rrimarkat li f’xi wħud minnhom jissemmew Bonucci u Bernardeschi.

Meta Bonucci rritorna ma’ Juventus fis-sajf 2018, l-ultras bdew jgħajruh fil-grawnd talli kien telaq ma’ Milan. Mit-telefonati jirriżulta li huma kienu qed jgħajruh mhux biex jattakkaw lilu imma biex indirettament jitfgħu f’dawl ikrah lil Juventus.

Aktar interessanti minn hekk hi telefonata bejn Dino Mocciola u Domenico Scarano wara Lazio-Juventus tas-27 ta’ Jannar 2019. F’dit-telefonata Mocciola jidher irrabjat għall-fatt li Bernardeschi tefa’ l-flokk tiegħu lill-grupp rivali tad-Drughi, Tradizione. “Għadda minn quddiemna u mar tefa’ l-flokk lil dawk,” jinstema’ jgħid fit-telefonata. U jżid: “Din trid tieqaf. Iridu jifhmu min jikkmanda.”

Qisu kollox dovut lilhom!

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *