Buffon u l-Italja. Storja ta’ mħabba kbira

MatthewJuve News Leave a Comment

Mir-Russja sar-Russja, anzi ftit qabel ir-Russja. Gigi Buffon lagħab ilbieraħ l-aħħar partita tiegħu mat-tim nazzjonali Taljan. Kien iddebutta fl-1997 fil-play-offs kontra r-Russja. Lagħab l-aħħar partita tiegħu fil-play-offs li kellhom iwassluh sat-Tazza tad-Dinja fir-Russja. B’kollox Buffon iddefenda l-lasti tal-Azzurri f’175 partita, li hu rekord għall-Italja. Fix-xena internazzjonli tliet plejers oħra biss lagħbu iktar minnu mat-tim nazzjonali ta’ pajjiżhom. Buffon hu wieħed mit-tliet plejers li ħa sehem f’ħames edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja u seta’ sar l-ewwel wieħed li ħa sehem f’sitt edizzjonijiet. Qatta’ 7320 jum fit-tim nazzjonali mid-debutt tiegħu sal-bieraħ, għal total ta’ 15173 minuta fil-grawnd. Sofra biss 144 gowl u kellu 69 clean sheet mat-tim nazzjonali. Numri kbar, numri denja ta’ leġġenda bħalma hu Gigi Buffon!

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on FacebookTweet about this on TwitterPrint this pageShare on Google+Email this to someone

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *